Malta Racing Club
Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Malta Racing Club, Stadium, arena & sports venue, Malta Racing Club, Triq it-Tigrija, Marsa.
10/09/2026
Il-Malta Racing Club qiegħed iħabbar li il-kitba hija miftuħa għall-ewwel laqgħa wara l-waqfa tas-Sajf.
Il-Kitba ser tinkludi it-Tiġrijiet tal-FEGAT European Trotting Amateur-Drivers Federation World Championship fejn ir-raprezentant Malti ser ikun Redent Magro.
fans
Malta Equidrome
EquestriMalta
07/09/2026
Il-Malta Racing Club qiegħed iħabbar illi minn nhar l-Ħadd li ġej ser tkun qiegħda toħroġ il-Karozza tat-Tluq
05/09/2026
Malta celebrated a strong international showing in Casarano, Italy, where experienced driver Noel Baldacchino delivered two solid podium finishes in the Mediterranean Horseracing Union Drivers’ Championship. Baldacchino placed second in the opening race and third in the following heat, results that proved decisive in pushing Malta up the final standings.
🟡 Read: https://maltadaily.mt/sports/malta-claims-second-place-in-mediterranean-drivers-championship
04/09/2026
Riżultati pożittivi għal Noel Baldacchino ġewwa Casarano fejn irnexxieli jagħlaq fit-2 post fl-ewwel tiġrija u fit-3 post fit-tieni tiġrija fost il-ġerrejja parteċipanti tal-Kampjonat tas-Sewwieqa tal- Unione Ippica del Mediterraneo - Mediterranean Horseracing Union.
Dawn ir-Riżultati taw lill Malta it-tieni post klassifika finali tal-Kamjonat tas-Sewwieqa.
Ir-riżultat finali jara r-rebħa tmur għall-Italja 🥇, b'Malta 🥈fit-tieni post, r-Rumanija 🥉fit-tielet post quddiem l-Portugal fir-raba' post filwaqt li Franza għalqet fil-ħames post quddiem l-aħħar post tas-Slovenja.
04/09/2026
Noel Baldacchino jibda bl-impenn tiegħu ġewwa l-korsa ta' Casarano fl-Italja bħala parti mill- Unione Ippica del Mediterraneo - Mediterranean Horseracing Union Drivers Championship.
Hawnhekk jidher ħiereġ għal tisħina bl-ewwel parteċipant tiegħu.
04/09/2026
TRACK OPENING HOURS - SUMMER MONTHS
FTUĦ TAL-KORSA PRINĊIPALI - XHUR TAS-SAJF
Nfakkrukom li wieħed jista' jħaddem bil-kontra fil-Korsa ta' Ġewwa u bil-favir fil-Korsa Prinċipali.
It-Tnejn - Filgħodu sa 8am
It-Tlieta - Filgħodu sa Nofsinhar - 4pm sa 7pm
L-Erbgħa - Filgħodu sa Nofsinhar - 4pm sa 7pm
It-Ħamis - Filgħodu sa Nofsinhar - 4pm sa 7pm
Il-Ġimgħa - Filgħodu sa 8am
Is-Sibt - Filgħodu sa 9am
Il-Ħadd- Filgħodu sa 8am
Bejn l-21 ta' Ġunju u l-21 ta' Settembru l-Korsa Prinċipali tkun Magħluqa dejjem bejn Nofsinhar u 4pm.
TRACK OPENING HOURS - SUMMER MONTHS
FTUĦ TAL-KORSA PRINĊIPALI - XHUR TAS-SAJF
It-Tnejn - Filgħodu sa 8am
It-Tlieta - Filgħodu sa Nofsinhar - 4pm sa 7pm
L-Erbgħa - Filgħodu sa Nofsinhar - 4pm sa 7pm
It-Ħamis - Filgħodu sa Nofsinhar - 4pm sa 7pm
Il-Ġimgħa - Filgħodu sa 8am
Is-Sibt - Filgħodu sa 9am
Il-Ħadd- Filgħodu sa 8am
Bejn l-21 ta' Ġunju u l-21 ta' Settembru l-Korsa Prinċipali tkun Magħluqa dejjem bejn Nofsinhar u 4pm.
03/09/2026
Noel Baldacchino Se Jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat tas-Sewwieqa tal-Mediterran
Is-sewwieq Malti Noel Baldacchino ntgħażel mill-Malta Racing Club sabiex jirrappreżenta lil Malta fit-tieni tappa tal-Kampjonat tas-Sewwieqa tal-Mediterranean Horseracing Union, li se ssir fil-korsa ta’ Casarano, fl-Italja, nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru 2026.
It-tiġrijiet tal-kampjonat se jkunu parti minn avveniment importanti fil-kalendarju tal-korsa ta’ Casarano, il-Gran Galà dell’Ippica del Mediterraneo. Il-programm se jinkludi wkoll il-Gran Premio del Salento u ċ-Champions League dei Comuni del Salento.
Baldacchino, meqjus bħala wieħed mill-aqwa sewwieqa Maltin, irrappreżenta lil pajjiżna f’diversi kompetizzjonijiet u skambji internazzjonali, fejn kiseb riżultati mill-aqwa fosthom rebħiet f’koros prestiġjużi fil-ġakketta ħamra u bajda ta’ pajjiżna. Il-parteċipazzjoni tiegħu fl-Italja qed tkun possibbli permezz tal-appoġġ finanzjarju ta’ EquestriMalta, li bl-għajnuna kontinwa tagħha tagħti l-opportunità lis-sewwieqa Maltin jikkompetu u jkomplu jiksbu esperjenza fix-xena internazzjonali.
Ir-rappreżentant Malti se jikkompeti f’żewġ tiġrijiet matul il-programm tal-Ġimgħa. Fil-ħames tiġrija, li mistennija tibda fl-10:00 p.m., Baldacchino se jsuq liż-żiemel numru 2, FLORIDA GRIF. Huwa mbagħad se jsuq liż-żiemel numru 7, DODO DEGLI ULIVI, fis-seba’ u l-aħħar tiġrija tal-laqgħa, li mistennija tibda fil-11:20 p.m.
L-avveniment ta’ Casarano se jkun it-tieni tappa tal-kampjonat ta’ din is-sena. L-ewwel tappa saret fil-Malta Equidrome f’April li għadda, meta Charles Camilleri rrappreżenta lil Malta u kiseb l-ewwel post fost is-sewwieqa tal-kampjonat.
Fit-tappa fl-Italja se jipparteċipaw ukoll is-sewwieqa li ġejjin f’isem il-pajjiżi rispettivi tagħhom:
Ir-Rumanija – Ios Dumitru
L-Italja – Giampaolo Minnucci
Is-Slovenja – Uroš Predan
Franza – David Cinier
Il-Portugall – João David Ferreira
Il-Malta Racing Club jawgura lil Noel Baldacchino kull suċċess u prestazzjoni mill-aqwa hekk kif se jkun qed jirrappreżenta lil Malta f’dan il-kampjonat internazzjonali prestiġjuż.
01/09/2026
L-Malta Racing Club ġie nfurmat minn Malta Equidrome li l-Korsa Prinċipali ser tinfetaħ għada l-Erbgħa 2 ta' Settembru fl-4 ta' wara nofsinhar. Dan sabiex għada filgħodu tkompli tinħadem u tixxarrab sewwa.
Minn għada fl-4pm il-quddiem tibqa miftuħa skond l-aħħar skeda ta' ħinijiet li ġiet ippubblikata.
Għada filgħodu l-korsa ta' ġewwa tkun miftuħa bħas-soltu.
29/08/2026
Il-Pjan għat-tieni parti tas-sena maqbul bejn l-entitajiet ikkonċernati.
Dan il-kalendarju qiegħed maqsum bil-klassijiet u l-kompetizzjonijiet rispettivi tagħhom.
Attenzjoni għal dan l-avviż minn Malta Equidrome dwar l-ftuħ tal-Korsa.
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the business
Telephone
Website
Address
Malta Racing Club, Triq It-Tigrija
Marsa
MRS2915
Opening Hours
| Monday | 07:30 - 15:00 |
| Tuesday | 07:30 - 15:00 |
| Wednesday | 07:30 - 15:00 |
| Thursday | 07:30 - 15:00 |
| Friday | 07:30 - 15:00 |
| Saturday | 07:30 - 12:00 |