To Emmaus
Grupp taż-żgħażagħ f'mixja kontinwa u ghatxana għal spiritwalita', għaqda u ħidma soċjali
📸 Instagram - @to.emmaus
🥰 Old Page - To Emmaus
15/08/2026
Sliem għalik O Verġni Imqaddsa, inti omm ta' Kristu u tal-bnedmin. ♥️
Nitolbuk tixħet ħarstek fuq il-poplu Mosti biex tibqa' tirrenja l-armonija u l-imħabba bejn l-abitanti ta' dan ir-raħal. Nitolbok iżżommna taħt il-mantell tiegħek u tipproteġina min kull mard u disgrazzji tar-ruħ u tal-ġisem.🙏
Nawguraw jum Santa Marija it-tajjeb lil kulħadd.
Ħudu ħsieb għeżież. 🫶
30/07/2026
Riċentament għamilna żewġ laqgħat naħdmu fuq wood panels li riedu jiġu iddekorati biex jintużaw f'festa Żgħażagħ fis-7 ta' Awwissu li ġej.
Bħalma qiegħdin taraw b'għajnejkom il-kreattivita' spikkat u nistaw ngħidu li għadna magħna fil-grupp artisti mill-iprem. 😍♥️
Insomma min jaf qagħadx naraw li xi ħadd miż-żgħażagħ jirrestawra xi biċċa xogħol ta' Caravaggio. 😅😂
Tislijiet għeżież 🫶
03/07/2026
Hekk kif inħarsu lura lejn l-esperjenza ta' volontarjat mas-Sorijiet ta' Mater Teresa ġewwa l-Albanija, niftakru fil-ħajja sempliċi li jgħixu. 🇦🇱
Madankollu, din mhijiex biss ħajja ta' talb u qadi. Dawn huma sorijiet impenjati li jiddedikaw ħajjithom biex jgħinu lil ħaddieħor. Propju fi Shkodër, dawn is-sorijiet għandhom ir-responsabbiltà li jieħdu ħsieb tfal u persuni b'kundizzjonijiet ta' diżabilità, uħud minnhom severi, tant li saħansitra jkunu ġew abbandunati mill-familjari tagħhom.
Din hija realtà li issa għexniha għal ġimgħa sħiħa, u nistgħu nikkonfermaw l-imħabba, il-kura u l-għożża li dawn in-nies jgħixu fiha. Bla dubju ta' xejn, din l-esperjenza ma setgħetx tkun possibbli mingħajr l-għajnuna u l-ġenerożità ta' ħafna nies.
Nibdew billi nirringrazzjaw lil dawk il-persuni kollha li taw sehemhom fil-Bake Sale li organizzajna f'Marzu li għadda, b'mod speċjali lil AquiBon's Delights , The Dome Visitors Centre ukoll lil diversi persuni min Mosta Parish
Nixtiequ nestendu ir-ringrazzenti tagħna lil:
• Lil Blevins Franks Malta għad-donazzjoni ta' €8️⃣0️⃣0️⃣ li tawna u li ntużaw għal dan il-għan.
• Daniel minn Consolidated Biscuits Co. Ltd talli pprovdilna pakketti Sunshine Snacks - Malta, Europe biex nieħu magħna l-Albanija u inqassmu lir-residenti.
• Audrey u Rueben Muscat & Family għad-donazzjoni tagħhom, kif ukoll għat-trasport li pprovdew.
•Lil Mosta Rotunda talli sponsorjaw il-booklets tar-riflessjoni.
• Il-Familja Sant talli għoġobhom jagħtuna ġugarelli, kemm użati f'kundizzjoni tajba kif ukoll ġodda, għar-residenti.
• Il-ġenituri, ż-żgħażagħ u kull min għoġbu jgħamel donazzjoni għal dan il-għan.
Nirringrazzjaw b'mod speċjali lill-NGO Smiling with Jerome li b'ġenerożità kbira tatna donazzjoni ta' €1️⃣0️⃣0️⃣0️⃣. Ġie deċiż li din is-somma tingħata direttament lis-Sorijiet ta' Mater Teresa. Għalhekk, b'sodisfazzjon u ferħ kbir, nixtiequ nħabbru li s-somma totali li ngħatat lis-Sorijiet ta' Mater Teresa kienet ta' €4️⃣1️⃣2️⃣0️⃣
Fl-aħħar nett, nirringrazzjaw lil kulħadd għall-appoġġ u l-ġenerożità tagħkhom. Iżda fuq kollox, nirringrazzjaw lil Alla talli tana s-saħħa, il-grazzja u l-opportunità li nwettqu din il-missjoni ta' mħabba u servizz. ✝️
Tislijiet għeżież 🫶
27/06/2026
Nirringrazzjaw lil Fr.Roderick, il-mohh wara l-grupp To Emmaus flimkien ma Fr.Sergio
Nitolbu ghalik biex il-Bambin itik is-sahha tikkrea aktar komunitajiet maghquda bhalma ghamilt f'rahalna, f'dan il-kapitlu gdid f'hajtek.
Awguri u grazzi 🥰
Il-Parroċċa tal-Mosta ħabbret li Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna qed jafda lill-Parroċċa tal-Madonna tar-Rużarju ta' Pompei ġewwa Marsaxlokk f'idejn Dun Roderick Baldacchino.
Il-Parroċċa tal-Mosta tenniet li matul il-ħidma tiegħu fil-Parroċċa Dun Roderick kien involut ħafna fil-pastorali tal-Parroċċa, fost l-oħrajn mat-tfal, mal-Abbatini, maż-Żgħażagħ u fl-Oratorju tal-Qalb ta' Ġesu.
Nifirħulu u Nitolbu għalih 🙏🏻
Jekk Jogħġbok, Agħfas Share ✅
Agħfas Follow 🔔 biex tirċievi aktar aħbarijiet bħal dawn.
27/06/2026
Getting caught in a rainstorm when hiking in Theth to Grunas Waterfall 🌦🌿🐮🐑🏞
ft.Betty
24/06/2026
Daqqa tqaxxar il-patata 👩🍳👨🍳, daqqa water games 🎈, kultant sempliciment nizfnu 😊 ... il-hidma ma waqfitx.
Iktar ma nqattghu hin mas-sorijiet u mar-residenti, qed naghrfu napprezaw iktar dak li qed nesperjenzaw. Id-dar tas-Sorijiet hi wahda ta' mhabba u onorati li nistghu nisirqu kwalunkwe minuta li nistghu biex ngawduha maghhom 🥰
PS. Tghid il-bake sale li jmiss ikun pizzez? 🍕 Ghax nikkonfernaw nbellhukom kieku daqs kemm hi tajba taghna 😝
21/06/2026
U tibda l-esperjenza fi Shkoder 🇦🇱
Ecitati biex nibdew nurukom titwiliet ta' dak li qed nahdmu fuqu hawn fi Shkoder mas-Sorijiet Missjunarji ta' Madre Teresa 😇
Segwuna fil-qrib matul din il-gimgha hekk kif inkomplu nurukom harsa ckejkna f'din id-dinja 🥰
18/06/2026
Għada f'dal-ħin, jiġifieri fl-23:00 inkunu fl-ajru għal-esperejenza ta' volontarjat ġewwa l-Albanija. 🇦🇱
Għalkemm esperjenza bħal din tinvolvi ħafna siegħat ta' ippjanar u loġistika dan ma jfissirx li ma bqajniex għaddejjin bil-ħidma tal-grupp. Ma konniex attivi fuq il-midja soċjali ħafna imma il-ħidma kompliet u kif.
F' dawn ix-xahar u nofs kelma laqgħat dwar:
•Kif għandna inkunu d-dawl fid-dinja imsejsa fuq il-ħajja Nisranija
• L-ambjent u kif aħna msejħin li nieħdu ħsiebu bħala Insara
•Id-dmir tal-vot u is-saħħa li jġib miegħu f' soċjetà' demokratika
• Preparamenti ta' attivitajiet li se ngħamlu lit-tfal fl-Albanija
Iltqajna ukoll biex insegwu ftit il-Eurovision fejn il-pattrijottiżmu Malti ħareġ fl-aqwa tiegħu speċjalment fil-ħin tal-qari tal-voti. 😅😂🇲🇹
Insomma għax il-lejl daħal ġmielu u għadna ħafna iktar ġej fuq idejna. Aħjar nistrieħu 🥱😴
Tislijiet għeżież 🫶
Click here to claim your Sponsored Listing.
Contact the organisation
Telephone
Website
Address
Oratorju Qalb Ta' Gesu
Mosta
Opening Hours
| 18:00 - 19:30 |
Alerts
Be the first to know and let us send you an email when To Emmaus posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.