Maria Lewis Singer

Maria Lewis Singer

Share

Singer 💗 Songwriter 💗 Presenter 💗

19/09/2026

🖤 🕊️ Kanzunetta bħala l-aħħar tislima wara l-quddiesa tal-funeral, b'akkumpanjament LIVE fuq il-pjanu. L-aħħar tislima - mument ta' paċi, faraġ u mħabba 🌿🙏

📞 7981 0576
Maria Lewis Singer

16/09/2026

Music speaks when words fail. Honoring your loved one with a heartfelt song 🩷🎶

16/09/2026

💛 🎶 Dalgħodu kelli l-grazzja u l-unur li nkun parti mill-funeral ta’ Maria Concetta Barbara (Cettina) fil-Bażilika ta’ Santa Marija, il-Mosta, fejn kelli l-unur inkanta waqt il-Quddiesa 'presente ca****re'.

Kienet ċerimonja sabiħa u ta’ talb, u jien onorata li stajt inkun ta’ servizz lill-familja f’mument tant sinifikanti u diffiċli għalihom.

Il-kant kien akkumpanjat b’mod mill-isbaħ fuq l-arpa minn Rebecca Spiteri, u fuq il-vjolin minn Alex Abela. Nirringrazzjahom mill-qalb tal-akkumpanjament mużikali sabiħ tagħhom, li żied atmosfera ta’ serenità, sbuħija u konsolazzjoni ma’ din il-quddiesa.

Nixtieq nesprimi l-gratitudni tiegħi lill-familja ta’ Cettina tal-fiduċja li wrew fis-servizzi tiegħi f’dan il-mument tant partikolari. Ringrazzjament speċjali wkoll lil direttur tal-funeral Rose Marie Falzon għall-professjonalità, il-kura u d-dedikazzjoni tagħha fl-organizzazzjoni taċ-ċerimonja.

Qed naqsam magħkom l-inn tal-offertorju “Mulej, Fidek”, li kantajt waqt din il-Quddiesa, bħala tifkira ta’ dan il-mument ta’ talb, fidi u tama.

Agħtiha, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, u d-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha. Ħa tistrieħ fil-paċi. Amen. 🕊️🤍

15/09/2026

♥️🌹 Illum waranofsinhar, il-mużika ħadet postha f’mument ta’ skiet, tifkira u talb waqt il-funeral tal-għażiża MARIA AGIUS fil-Kappella ta’ San Girgor, iż-Żejtun.

Hawnhekk qed inkanta l-innu sabiħ tal-ftuħ “Kemm Inti Kbir”, akkumpanjat b’mod mill-isbaħ minn Simone Inguanez fuq il-pjanu u Stefan Cassar fuq il-vjolin.

F’mumenti bħal dawn, il-kant isir aktar minn sempliċi mużika — isir talba, konsolazzjoni u ġieħ lill-memorja ta’ persuna għażiża.

Nixtieq nesprimi l-gratitudni tiegħi lill-familja ta’ Maria għall-fiduċja tagħhom fija biex inkun parti minn dan il-mument tant sinifikanti, kif ukoll lil Ta' Disma Gauci Funeral Service /Undertaker għall-fiduċja u l-professjonalita' tagħhom.

Jalla l-memorja ta’ Maria tibqa’ tgħix fil-qlub ta’ dawk kollha li ħabbewha. 🕊️

🕊️

15/09/2026

🧡 🎶 Kien ta’ unur għalija li dalgħodu kantajt waqt il-funeral ta’ Carmena Xuereb, iċċelebrat fil-Knisja Arċipretali u Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar. Kien funeral sabiħ u dinjituż, b’kongregazzjoni kbira li tat xhieda tal-imħabba u r-rispett li ħafna kellhom lejn Carmena.

Kelli wkoll il-pjaċir li nkun akkumpanjata b'mod tassew mill-isbaħ fuq l-arpa mill-bravissima Rebecca Spiteri, in-neputija għażiża ta’ Carmena.
F’dan il-filmat qasir, qed inkanta l-Innu mill-isbaħ “O Marija Fawwara tal-Grazzji”, bħala parti minn din it-tislima sabiħa u ta’ qima.

Grazzi mill-qalb lill-familja ta’ Carmena talli fdaw fija għal darb’oħra biex inkun parti minn dan il-mument tant sinifikanti ta’ tislima u tifkira. Jalla l-memorja tagħha tibqa’ dejjem ħajja fil-qlub ta’ dawk kollha li ħabbewha. 🕊️🙏

11/09/2026

♥️🌹 Illum kelli l-unur li nkanta fil-funeral ta’ Antonia Cini fil-Knisja Parrokjali ta’ Ħal Lija, fil-preżenza ta' kongregazzjoni numeruża u parteċipattiva. Kienu mumenti tassew emozzjonanti, u l-akkumpanjament sabiħ fuq l-orgni minn Franco Cefai kompla jagħti atmosfera speċjali lil din iċ-ċelebrazzjoni ta’ tifkira u talb.

Grazzi mill-qalb lill-familja kollha ta’ Antonia, kif ukoll lil Joseph Mary Mangion Funeral Directors u lil binthom Maria Mangion, tal-fiduċja u tal-unur li tawni biex inkun parti minn dan il-mument tant sinifikanti.

F’dan il-filmat qasir qed inkanta l-“Ave Maria” ta’ Caccini fi tmiem tal-quddiesa. 🕊️

Jalla Antonia tistrieħ fil-paċi ta’ dejjem. 🙏🏻

11/09/2026

🎶🎵 A beautiful musical collaboration between Maria Lewis Singer and organist Ray Storace during the funeral Mass of the late Ines Sammut at Iklin Church this morning.

Their music, offered in prayer and loving remembrance, brought comfort, serenity and peace to all gathered to honour Ines.

An honour and privilege to share their God-given talents on such a solemn occasion, for the greater glory of God. 🙏🎶

Sincere thanks to funeral directors Joseph Mary Mangion and Maria Mangion for their trust and support.

May Ines rest in eternal peace. 🕊️

11/09/2026

Hemm mumenti fejn il-kliem ma jkunx biżżejjed… u forsi huwa proprju l-mużika li tkun tista’ tesprimi dak li l-qalb ma ssibx kliem għalih. 🕊️

Illum kelli l-opportunità li nkanta waqt il-funeral ta’ Ines Sammut, fil-Knisja tal-Iklin. Kienet Quddiesa mimlija ġabra, talb u emozzjoni, b’kongregazzjoni parteċipattiva li għenet biex dan il-mument ta’ tislima jkun wieħed tassew sabiħ u profond. Kont akkumpanjata b’mod mill-isbaħ mill-organista bravissimu Ray Storace.

Grazzi mill-qalb lill-familja ta’ Ines talli fdawni biex inkun parti minn dan il-mument tant sensittiv u personali. Grazzi wkoll lid-diretturi tal-funeral, Joseph Mary Mangion u Maria Mangion għall-kollaborazzjoni u l-professjonalita' tagħhom.

Jalla l-mużika, il-kant u t-talb li akkumpanjaw din it-tislima jkunu bħal għożża żgħira mogħtija lill-memorja ta’ Ines.

Strieħ fis-sliem, Ines. Jalla d-dawl ta’ dejjem jiddi għalik. 🕯️🤍

09/09/2026

💙🙏🎶 Qaddis, Qaddis, Qaddis... Illum kelli l-opportunità sabiħa li nkanta waqt il-Quddiesa tal-funeral ta’ Theresa Debono fil-Knisja Parrokjali ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun.

Kienet Quddiesa sabiħa u profondament kommoventi, akkumpanjata bil-mużika sabiħa tal-mużiċisti bravi Manfred Tanti fuq il-pjanu u James Zammit fuq il-vjolin. 🎶

Grazzi mill-qalb lill-familja ta’ Theresa għall-fiduċja tagħhom fija u talli afdawli dan il-mument tant speċjali ta’ tislima.

Grazzi wkoll lil Ta' Disma Gauci Funeral Service /Undertaker għall-kollaborazzjoni u l-professjonalità tagħhom.

Jalla Theresa tistrieħ fis-sliem ta’ dejjem. 🕊️

🕊️🎶

Caccini's AVE MARIA by Maria Lewis 08/09/2026

Happy Birthday Madonnina 🌹🌹🌹

Caccini's AVE MARIA by Maria Lewis Maria Lewis - Caccini's Ave Maria debut solo CD single (released 20...

Want your public figure to be the top-listed Public Figure in Mosta?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Category

Telephone

Address


Mosta