IMPACT
Nilqgħukom fil-paġna uffiċċjali tal-grupp IMPACT li taħdem f'isem u fi ħdan il-parroċċa San Sebastjan f'Ħal Qormi għaż-żgħażagħ miż-żgħażagħ.
24/06/2026
Niltaqgħu nhar il-Ġimgħa! 🌊🏖️
❗Ħudu nota tal-ħin differenti!
Narawk! 👊😁
17/06/2026
Niltaqgħu nhar il-Ġimgħa! 👊😁
11/06/2026
Niltaqgħu Għada! 🎶🎭🖌️💃
Narawk! 👊😁
06/06/2026
Għada niltaqgħu għall-quddiesa animata miż-żgħażagħ.
Wara, immorru ċ-ċentru għal ftit ħin ta’ logħob flimkien sat-3:00pm.
Narawkom 👊😁
04/06/2026
⛽ Niltaqgħu għada! 👊😁
28/05/2026
Niltaqgħu għada! 👊😁
26/05/2026
Nifirħu lil Sarah Bonnici, waħda mil-leaders attivi fi ħdan Impact, li ngħatat ir-rikonoxximent Għarfien il-Ħila – Servizz Volontarju waqt is-serata tal-Għoti tal-Unuri f’Jum Ħal Qormi.
Bħala grupp, nnominajna lil Sarah fejn għal dawn l-aħħar seba’ snin ilha taħdem qrib iż-żgħażagħ fi ħdan Impact, takkumpanjahom u tgħinhom jikbru f’valuri sbieħ. Permezz ta’ din il-ħidma, hija qed tħalli marka fil-ħajja taż-żgħażagħ u tgħin biex jissawwar il-futur tal-komunità tagħna.
Il-kontribut tagħha jidher ukoll fil-qasam tal-edukazzjoni fiżika, b’mod partikolari permezz ta’ 'My Fitness Journal.' Din hija riżorsa edukattiva maħluqa minn Sarah biex tgħin lit-tfal u liż-żgħażagħ jifhmu aħjar l-importanza tal-attività fiżika u tas-saħħa. Il-Journal jinkludi attivitajiet li huma ta’ ġid mhux biss għall-istudenti fil-klassi, iżda wkoll għall-familji u għall-komunità tagħna, għax iħeġġeġ stil ta’ ħajja aħjar, dik aktar attiva u mibnija fuq valuri pożittivi.
Sarah, dan ir-rikonoxximent huwa frott id-dedikazzjoni u il-ġenerożità tiegħek. Grazzi talli tkompli tuża t-talenti tiegħek biex tagħti lura lill-komunità tagħna.
Aħna tassew kburin bik ! 🫶
Nifirħu wkoll lill-għaqdiet u lill-individwi kollha li ġew ippremjati waqt l-okkażjoni tal-bieraħ.
21/05/2026
𝗥𝗲𝗹𝗮𝘅 𝗕𝗿𝗼 🧘♂️
Niltaqgħu għada! 👊😁
13/05/2026
Hmmm... X' imiss tgħid? 🤔
Niltaqgħu! 👊😁
10/05/2026
Illum napprezzaw u niċċelebraw kull tip ta’ omm. L-ommijiet li welldu, dawk li rabbew, dawk li jħobbu bħal omm, u dawk li b’qalbhom u bil-preżenza tagħhom jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ ħaddieħor.
F’dan il-jum inżommu f’qalbna wkoll lil dawk li għalihom din il-ġurnata ġġib magħha niket u emozzjonijiet diffiċli: lil min tilef lil ommu, lil ommijiet li tilfu lil uliedhom, lil dawk li jixtiequ jsiru ommijiet. Lilkom nibagħtu tgħanniqa mimlija mħabba, sabar u faraġ. ❤️
Jum l-Omm it-Tajjeb 🫶🌺
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the organisation
Telephone
Website
Address
Impact, Triq San Bartholomew
Qormi
QRM2184