Norbert Grech
Kunsillier Lokali - Rabat (Malta), f'isem il-Partit Nazzjonalista
05/04/2026
Nixtieq nawgura l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd!
01/04/2026
Matul dawn l-aħħar ġranet żort numru sabiħ ta' wirjiet ġewwa r-Rabat, l-Imdina, u l-Buskett. Ilkoll wirjiet il-ġmiel tagħhom. Nixtieq ngħid proset tad-dedikazzjoni kbira lill-organizzaturi kollha sabiex iżommu l-kultura Maltija b'saħħitha.
Dawn huma l-wirjiet li żort:
1. "Pass wara Pass" Wirja - Golgota. 11, Triq Kola Xara, Rabat, ta' Patrick u Stephen Bonello
2. "FIAT VOLUNTAS TUA" mtellgħa minn Jean Paul Mifsud - Palace View, Triq tal-Lhudi, Buskett
3. "PASSION OF THE CHRIST IN MATCHSTICKS" - Xogħol artistiku ta' Salvinu Bugeja dwar il-passjoni ta' Sidna Ġesu Kristu.
4. Wirja mtella' minn Kaiden Farrugia ġewwa l-Imdina.
5. Wirja mtella' minn Christopher Farrugia ġewwa l-Imdina.
6. Wirja mtella' minn Manwel Ġenovese ġewwa l-Kunsill Lokali tar-Rabat.
7. Wirja mtella' minn Stephen Attard ġewwa l-Imdina.
Ninkoraġġixxi lil kulħadd sabiex iżur dawn il-wirjiet.
Rudolf Grima
20/03/2026
Magħkom matul il-Festa ta' San Ġużepp. Proset kbira lil dawk kollha involuti sabiex din tkun Festa milll-isbaħ. Il-Festa t-Tajba lil kulħadd.
08/03/2026
Dalgħodu preżenti għall-bidu tal-festa ta' San Ġużepp. Grazzi kbira lil dawk kollha involuti fil-preparazzjonijiet għal din il-festa. Il-Festa t-tajba lir-Rabtin kollha.
26/12/2025
L-aħħar ċans biex tibbukkjaw!
Kunsill Lokali Rabat Malta
Illum hi l-aħħar ġurnata li wieħed jista japplika biex jattendi għal Breakfast with Santa li ser isir għada fis-sala tal-iskola medja fir-Rabat.
24/12/2025
Nixtieq nawgura l-Milied it-Tajjeb lil kulħadd!
17/12/2025
Ftit tal-ħin ilu kellna l-attività tas-Santa's Train ġewwa l-lokalità tal-Baħrija li kienet organizzata mill-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Kienet attività ta' suċċess fejn rajna lit-tfal kuntenti immens imorru dawra bit-trejn u jirċievu r-rigali.
Grazzi ħafna lil kull min attenda.
Nawguralkom Milied hieni!
Kunsill Lokali Rabat Malta
12/12/2025
Din is-sena wkoll se jerġgħu jsiru s-Santa's Trains, kemm ġewwa r-Rabat kif ukoll il-Baħrija. Dettalji ta' dawn l-attivitajiet issibuhom fir-ritratti t'hawn taħt. Narawkom!
09/11/2025
Illum waslet fi tmiemha l-festa ta' San Martin bil-fiera tradizzjonali madwar il-knisja.
Nixtieq ngħid proset kbira lil dawk kollha li kienu involuti biex din il-festa terġa' tkun suċċess kbir.
Attendejt ukoll għaċ-ċelebrazzjoni li saret fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù għal ruħ il-Vittmi Rabtin li mietu matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
27/10/2025
Se tkunu tistgħu ġġeddu l-karta tal-identità minn nhar it-Tnejn it-3 ta' Novembru ġewwa l-Kunsill Lokali tar-Rabat. Araw il-ħinijiet fir-ritratt.
Kunsill Lokali Rabat Malta
22/10/2025
Qed joqorbu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa ta' San Martin ġewwa r-raħal tagħna tal-Baħrija. Inħeġġiġkom tattendu.
Araw il-programm hawn taħt.
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the public figure
Telephone
Website
Address
Rabat
Alerts
Be the first to know and let us send you an email when Norbert Grech posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.