Museum Rabat

Museum Rabat

Share

Il-qasam tar-Rabat tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija - M.U.S.E.U.M. (Sezzjoni Maskili)

Photos from Museum Rabat's post 22/09/2026

Infakkru li skont l-avviżi li tqassmu, mill-lum il-laqgħat tal-Museum isegwu l-ħinijiet u l-programm tax-xitwa skont kif indikat f'dawn is-slides.

19/09/2026

Illejla l-Museum jiftaħ għall-gruppi Preparatorja, Magħżulin u Aspiranti fis-6:00pm għall-laqgħa u ħin ta’ logħob sas-7:30pm. Wara flimkien mal-Magħżulin u Aspiranti nżuru xi postijiet fir-Rabat marbuta mal-attività Rabat Sacrum.
Għada l-Ħadd inqaddsu l-jum bil-quddiesa. Flimkien nieħu sehem fil-quddiesa tal-10:30am li ser tkun quddiesa speċjali fl-okkażjoni tat-300 sena mill-konsagrazzjoni tal-Bażilika ta’ San Pawl.
Wara nofsinhar il-Museum ser jiftaħ għal ħin ta’ logħob bejn il-5:00pm u s-7:00pm.

Photos from Society of Christian Doctrine's post 17/09/2026

Aħna llum se nkunu hemm. Nieħdu pjaċir niltaqgħu miegħek. Jekk ma tistax tattendi llum tista minflok tmur għada jew is-Sibt. Se titqassam tifkira sabiħa lil kull familja u lit-tfal. Narawk.
Skont kif avżajna għalhekk illum il-Museum fir-Rabat mhux se jiftaħ.

Photos from Museum Rabat's post 17/09/2026

Kif avżajna fl-dawn it-tlett ijiet is-Soċjetà tal-Museum qed torganiżża l-attività SAJDA MUSEUMINA. Ilum il-Museum ma jiftahx peress li se nkunu qed nattendu għal din l-attività. Kulħadd huwa mistieden - din hija 𝐚𝐭𝐭𝐢𝐯𝐢𝐭𝐚̀ 𝐠ħ𝐚𝐥𝐥-𝐟𝐚𝐦𝐢𝐥𝐣𝐚 𝐤𝐨𝐥𝐥𝐡𝐚. Tinkludi numru ta’ wirjiet differenti, spazji ta’ riflessjoni u talb, attivitajiet għat-tfal u l-adolexxenti, taħdita għall-adulti, spazju għar-rikreazzjoni, offerti speċjali mill-Librerija Preca u ikel u xorb. Jekk ma tistax tattendi llum mistieden żżur din l-attività għada jew is-Sibt.
📅 17, 18 u 19 ta’ Settembru
🕤 mis-6:30pm il-quddiem
📍 Dar il-Ħanin Samaritan, Santa Venera. https://maps.app.goo.gl/UWApxTrLKU2F1sYM9

12/09/2026

Infakkru fl-avviżi li tqassmu relatati mal-attività għall-familja kollha fi tmiem is-sajf. Din se ssir nhar it-Tlieta 15 ta' Settembru. Nimxu mal-avviżi li tqassmu imma infakkru biex dak li jkun javża li se jattendi biex inkunu nistgħu nagħmlu l-preparamenti meħtieġa tal-ikel.

12/09/2026

Illejla l-Museum jiftaħ fis-6:45pm għall-gruppi Preparatorja, Magħżulin u Aspiranti. Ikollna laqgħa u ħin ta' logħob. Preparatorja sat-8:15pm, Magħżulin 1 sat-8:30pm u l-Magħżulin 2/Aspiranti sal-9:45pm.
Għada l-Ħadd inqaddsu l-jum bil-quddiesa. Nieħdu sehem fil-quddiesa tal-10:30am.
Filgħaxija l-Museum se jkun miftuħ għal ħin ta' logħob mis-6:00pm sas-6:30pm. Prosit lil grupp ta' 34 li ilbieraħ ħa sehem f'ġurnata Għawdex flimkien.

09/09/2026

Int ukoll mistieden għal din l-attività speċjali għall-familja kollha nhar il-Ħamis (17), il-Ġimgħa (18) u s-Sibt (19 ta' Settembru) mis-6:30pm 'il quddiem - attività li tirrepeti ruħha matul it-tlett ijiem. Jekk qatt ma żort il-ġnien tad-Dar il-Ħanin Sammaritan f'Santa Venera nissuġġerilek ħafna li tagħmel hekk għal din l-attività. Aħna se nkunu hemm nhar il-Ħamis imma jekk ma tistax dakinhar tista' tmur f'ġurnata oħra. Narawk.

Photos from Society of Christian Doctrine's post 09/09/2026

Offerti speċjali matul l-attività tal-ġimgħa li ġejja - Sajda Museumina għall-familja kollha fil-ġnien tad-Dar il-Ħanin Sammaritan u fl-Iskola St Michael f'Santa Venera. Nhar il-Ħamis (17), il-Ġimgħa (18) u s-Sibt (19 ta' Settembru) mis-6:30pm 'il quddiem. Narawkom.

05/09/2026

Matul dan il-weekend...Illejla l-Museum jiftaħ fis-6:45pm għall-gruppi Preparatorja, Magħżulin u Aspiranti. Ikollna laqgħa u ħin ta' logħob. Preparatorja sat-8:15pm, Magħżulin 1 sat-8:30pm u l-Magħżulin 2/Aspiranti sad-9:45pm.
Il-Ħadd inqaddsu l-jum bil-quddiesa. Filgħodu l-membri jkunu nofstanhar irtir spiritwali flimkien. Filgħaxija fil-5:00pm ikollna l-baħar flimkien għall-gruppi Magħżulin 2 u Aspiranti.

01/09/2026

Infakkru li llejla jmiss ġurnata oħra ta' logħob tas-sajf għall-gruppi kollha. Xi wħud mill-logħob jinkludi l-użu tal-ilma. Il-Museum jiftaħ fis-6:15pm. Nibdew ftit wara. Ħin sat-7:45pm.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Rabat?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Telephone

Address


MUSEUM, Triq Taċ-Ċagħki
Rabat
RBT2160

Opening Hours

Monday 17:45 - 19:45
Tuesday 17:45 - 19:45
Thursday 17:45 - 19:45
Friday 17:45 - 19:45
Saturday 18:00 - 22:00
Sunday 10:00 - 11:00
15:30 - 19:00