The BodyForge Human Performance Institute
We change lives. One rep at a time.
03/10/2026
Ħaġa li tinstema’ ovvja.
Imma l-ammont ta’ nies li jibqgħu jagħmlu l-istess ħaġa u jittamaw f’riżultat differenti hu TAL-BLIEGĦ.
Fiehmni waħda kif jekk ma tbiddel xejn f’li qed tagħmel, kif qed tippretendi li tinbidel xi ħaġa f’ħajtek.
Assolutament MA JISTAX IKUN.
Naf li l-bidla tbeżża'.
Però ibqgħu ċerti li n-nuqqas ta’ bidla, speċjalment meta tkun qiegħed f’ħofra f’ħajtek, hija ħafna aktar tal-biża'.
Għax din hi garanzija li int mhux talli se tibqa fejn dejjem kont, imma ħa tħaffer ħofra iżjed fonda.
Tajjar dik l-apatija minn hemm.
Xammar il-kmiem u EJJA ĦA NAĦDMU.
Xi kultant il-pespus ma jkollux aptit jistenbaħ, u jibqgħalek rieqed.
Ħaġa li sporidakament, tigri kważi lil kull raġel, għal diversi raġunijiet.
Imma meta din tibda tigri iżjed ta’ sikwit, ma tibqax biss problema mbarazzanti, imma tkun qed taħbi kundizzjonijiet ħafna aktar serji.
Iġifieri meta tara li s-suldat jibda ma jridx joħroġ għal parata għal darba, tnejn tlieta, toqgħodx tistħi u fittex l-għajnuna MALAJR.
Qumu minn hemm (b’aktar minn mod wieħed) u EJJA ĦA NAĦDMU.
=====================
Jekk trid tara l-video kollu:
https://www.facebook.com/reel/1757332164697860/
02/10/2026
Mingħajr saħħtek M’INT XEJN.
Ara kemm jista' jkollok xinxilli f’ħajtek.
Ħwejjeġ, deheb, karozzi, vilel, dgħajjes – kemm trid hawn affarijiet materjali li huma assoċjati mas-suċċess illum.
U L-EBDA WAĦDA MINNHOM m’hi mportanti daqs saħħtek.
Għax meta timrad, KOLLOX tkun lest tagħti biex terġa' tiġi sewwa.
Nerġa' ngħidlek - mingħajr saħħtek M’INTI XEJN.
Hu ħsieb TIEGĦEK INNIFSEK jekk vera trid tieħu ħsieb min tħobb.
Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.
01/10/2026
M’hemmx fejn tinfixel.
Jekk ma taħsibx għal għada mill-llum, l-nkwiet se jiġri warajk.
Imma żomm f’moħħok li din ĦTIJA TIEGĦEK, u TIEGĦEK BISS.
Jekk fis-sajf ma tlestix għax-xitwa, ħsara se jkollok.
Jekk fiż-żmien il-ġid ma twarrabx xi ħaġa għal ġenb, x’ħin tiġi bżonn u tfittex, ma ssib xejn.
U bl-istess mod, jekk saħħtek ma taħsbilhiex illum għax trid int, għada se jkollok tagħmel li ma tridx bil-fors.
Affarijiet minn ewl id-dinja imma TAL-BLIEGĦ kemm hawn ma jagħtux każ.
Isimgħu minni u tagħmlux ċuċati llum li se tħallashom BIZ-ZALZA għada.
Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.
30/09/2026
Tinstema KONTRADIZZJONI hux?
Imma nwiegħdkom li M’HIJIEX.
It-tfal għandhom bżonn għeruq SODI f’ħajjithom.
Iridu PRINĊIPJI li għandhom valur dejjiemi minn kmieni kemm jista' jkun.
Għax x’ħin jgħaddu minn xi burraxka tal-ħajja, huma dawk il-prinċipji li ħa jankrawhom FIS-SOD.
U jridu ġwienaħ ħalli jkunu jistgħu jtiru minn fejn huma u jaslu fejn JISTĦOQQILHOM f’ħajjithom.
Mingħajr ma jinsew il-pedamenti ta’ karattru mibni fuq valuri vera li huma tant RARI llum.
ĦUDU ĦSIEBHOM lit-tfal.
Għax dawk IL-FUTUR TAGĦNA.
Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.
29/09/2026
Waħda mill-veritajiet IL-KBAR tal-ħajja din.
Hawn wisq nies iġibu ELF SKUŻA biex jevitaw li jagħmlu dak li hemm bżonn isir.
U dawn l-iskużi ilibbsuhom KULL TIP ta’ ħwejjeġ biex jidhru leġittimi.
Naf għax nisma' balla minnhom kulljum dal-kutrumbajsi mentali.
Sfortunatament, KULL SKUŻA li qed tgħid illum se JIDDISPJAĊIK GĦAL MEWT li għidtha.
Għax qed tisraqlek l-aktar ħaġa prezzjuża li għandek f’ħajtek.
SAĦĦTEK.
Tagħmilx żbalji llum li se tħallashom BIZ-ZALZA għada.
Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.
28/09/2026
Fl-għaqda hemm SAĦĦA KBIRA.
Meta int tkun parti minn grupp li qed jaħdem ma’ xulxin għal GĦAN WIEĦED, se ssib li ħa tasal ħafna aktar il-quddiem milli qatt tista' tasal waħdek,
Il-qawwa li hemm fl-unita mirakli tagħmel.
U din ħaġa li trid tesperjenzaha biex tifimha ta’ vera.
Tajjar kollox minn idejk, xammar il-kmiem u EJJA ĦA NAĦDMU.
Illum ħa nkellemkom fuq IR-ROGĦDA.
Hawn ħafna jaħsbu li r-rogħda tkun fl-idejn biss.
Imma fil-fatt, din tista' tigri fi kwalunkwe parti tal-ġisem.
U taffettwa L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA ta’ dak li jkun.
Mela, jekk għandek ir-rogħda, jew jekk taf lil xi ħadd l’għandu u trid tgħinu jikkumbattiha, ieqaf milli qed tagħmel u SPARA L’HAWN ISSA.
27/09/2026
Tħalluhomx jitnejjku bikom iżjed.
Il-kirurġija kożmetika llum saret parti minn ħajjitna.
U waħda mill-aktar proċeduri komuni hi t-tkabbir tas-sider.
Imma fil-waqt li dawn l-interventi saru ħaġa normali, ma jfissirx li m’għandhomx konsegwenzi.
Fil-fatt, hawn ħafna nisa li jkollhom il-problemi meta jagħmlu l-breast implants.
Problemi li f’ċerta każijiet jippersistu anke wara li jneħħuhom.
Dawn jinkludu infjammazzjoni, għejja, uġiegħ fil-ġogi, u problemi newroloġiċi, fost affarijiet oħrajn.
U fil-waqt li is-saline breast implants huma kkonsidrati li jikkawżaw inqas problemi mis-silicone implants, it-tnejn huma assoċjati ma’ breast implant-associated anaplastic large cell lymphoma (BIA-ALCL).
Dan apparti l-problemi mekkaniċi li jistgħu jiġru bħal capsular contracture, infezzjonijiet, bidliet fis-sensazzjoni fis-sider u anke fin-nippliet, jew meta jitħarrkulek jew jinfaqgħu l-implants.
Iġifieri meta tagħmel dil-proċedura, trid dejjem tibqa’ tagħmel kontrolli regolari biex tara li m’hemmx problemi.
Il-punt hu li minkejja li din hija proċedura komuni, tiġi b’ħafna riskji moħbija.
Kif dejjem ngħidilkom, aħjar minn naturali m’hemmx.
Għax it-tbagħbis man-Natura, ħafna drabi, nkwiet iġib.
Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.
26/09/2026
Meta ħa titgħallem tara affarik?
U mhux dejjem moħħok f’ta’ ħaddieħor.
Kullħadd għandu l-kapaċitajiet individwali tiegħu.
U ta’ ħadd m’huma l-istess.
Fejn kapaċi tasal int u fejn għandek tasal int huma kwalitajiet u għanijiet personali tiegħek.
U int dawk BISS trid iżżomm f’moħħok.
Għax jekk tipprova tagħmel bħal ħaddieħor biex timpressjona lil ħaddieħor, ħa tispiċċa tweġġa' u tkun iddiżappuntat għalxejn.
Iffoka fuqek innifsek u l-ħila tiegħek u tkun ĦAFNA aktar kuntent fil-ħajja.
Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the practice
Website
Address
The BodyForge Human Performance Institute, Triq Sannat
Sannat
SNT9021
Alerts
Be the first to know and let us send you an email when The BodyForge Human Performance Institute posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.